Franco Debono twieled fid-9 ta' Marzu, 1974. Huwa ha l-edukazzjoni tieghu fil-Kullegg
San Alwigi u kompla l-istudji tieghu fl-Università ta' Malta fejn studja l-ligi
u t-teologija bhala qasam sussidjarju. Franco kiseb il- warrant biex jipprattika
bhala avukat fid-9 ta' Marzu, 2000. Hejja tezi dwar l-aspetti kostituzzjonali ta'
l-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-partiti politici.
Huwa beda jahdem ghal rasu f'ufficcju fi Triq il-Kbira gewwa z-Zurrieq. Franco sa
mill-bidu tal-karriera tieghu specjalizza fi l-kamp penali u llum imexxi ufficcju
legali Franco Debono and Associates b'ufficcji gewwa z-Zurrieq u l-Belt Valletta
li jispecjalizza wkoll fl-oqsma tal-ligi civili u kummercjali.
Franco huwa involut f'diversi ghaqdiet volontarji u sportivi. Huwa exfootballer
mal-Youths ta' Mqabba F.C. u llum huwa l-konsulent legali ta' Zurrieq F.C. kif ukoll
tal-Klabb Regatta Birzebbuga.
Fl-Elezzjoni Generali tas-sena 2003 Franco kkontesta
fuq il-hames distrett u kiseb 1130 l-ewwel preferenza.
Franco kien involut direttament fit-tfassil tal-vizzjoni tal-Partit ghas-sena 2015 billi ppresjeda workshop dwar
il-manifattura tas-servizzi.
Franco kellu rokna regolari fil-breakfast show ta'
Net TV La Qomna, qomna' fejn kull nhar ta' Tlieta iddiskutew diversi temi legali.
Huwa jippartecipa b'mod regolari
f'diversi diskussjonijiet politici fuq ix-xandir
lokali.